Sport

Tadej Pogacar fl-ewwel post wara r-raba’ stadju tat-Tour de France

Ir-raba’ stadju tat-Tour de France sar minn Pinerolo sa Valloire fuq distanza ta’ 139.6 kilometri.

Is-suċċess kien għal favorit Tadej Pogacar tas-Slovenja għal UAE Team Emirates, li għamel id-distanza fi 3 sigħat 46 minuta u 38 sekonda. Warajh b’distakk ta’ 35 sekonda daħlu l-Belġjan Remco Evenepoel għal Soudal Quick Step, l-Ispanjol Juan Ayuso għal UAE Team Emirates, u s-Sloven Primoz Roglic għar-Red Bull Bora Hansgrohe.

Fil-klassifika ġenerali wara r-raba’ stadju, fl-ewwel post irritorna Tadej Pogacar b’total ta’ 19-il siegħa 6 minuti u 38 sekonda b’distakk vantaġġ ta’ 45 sekonda fuq Remco Evenepoel, u Jonas Vingegaard tad-Danimarka għal Visma Lease a Bike b’distakk ta’ 50 sekonda.

Il-ħames stadju tat-Tour huwa fuq medda ta’ 177.4 kilometri bejn Saint Jean de Maurianne sa Saint Vulbas.