Sport Waterpolo

Tliet punti importanti għal Birżebbuġa… San Ġiljan u Marsaxlokk jiksbu rebħiet komdi

Birżebbuġa Freeport għamlu pass deċiżiv biex jilagħbu fil-Kampjonat Premier b’rebħa importanti ta’ 16-13 fuq Ta’ Xbiex Amigos. Il-logħba kienet għat-telgħa mill-bidu għal Ta’ Xbiex hekk kif Birżebbuġa bnew vantaġġ ta’ 4-1 fl-ewwel sessjoni. Ta’ Xbiex naqqsu d-distakk għal 5-3 fl-ewwel sessjoni u 8-6 fit-tieni sessjoni.

Birżebbuġa baqgħu pass qabel l-avversarji u żammew tliet gowls vantaġġ sakemm gowl ta’ Ben Grech u doppjetta ta’ Alberto Barroso tellgħu l-vantaġġ għal 15-9 sa tmiem it-tielet sessjoni. Ta’ Xbiex ittantaw rimonta kbira fl-aħħar sessjoni u daħlu parzjalment fil-logħba meta naqqsu d-distakk għal żewġ gowls biss iżda Barroso skorja ftit wara biex aċċerta mir-rebħa.

Marsaxlokk MFF kisbu t-tieni rebħa fi Grupp B, rebħa li mmaturat fl-aħħar sessjoni. Huma bnew vantaġġ ta’ 4-1 fl-ewwel sessjoni iżda Otters Nivea irkupraw id-distakk fit-tieni sessjoni, b’Russell Spiteri jħalli lix-Xlukkajri minn fuq fi tmiem it-tieni sessjoni b’gowl lejn it-tmiem.

Otters naqqsu mill-preċiżjoni fit-tielet sessjoni, b’Marsaxlokk jieħdu vantaġġ u kabbru l-vantaġġ għal 8-4. Lejn nofs is-sessjoni, il-logħba twaqqfet għal ftit kawża ta’ protesti minn Otters wara li r-referee Neville Mercieca kien ordna time-out favur tagħhom li huma ma sejħux. Ix-Xlukkajri skorjaw darbtejn fil-bidu tal-aħħar sessjoni biex għalqu u komplew ikabbru d-distakk sat-tmiem.

Iċ-champions San Ġiljan JP Projects kif mistenni ma sabux diffikultà biex għelbu lil Marsaskala Optima 20-11 u jibdew favoriti netti li jispiċċaw Grupp A fil-quċċata b’punti massimi. Il-Ġiljaniżi mill-ewwel indirizzaw il-logħba b’erba’ gowls kmieni. Għalkemm Marsaskala pruvaw iwettqu reazzjoni, kien fit-tieni sessjoni li San Ġiljan iddominaw u serrħu rashom mit-tliet punti meta kabbru l-vantaġġ għal 13-3.

Fit-tieni parti tal-logħba, il-kowċ Zeljko Kovacic kompla jagħmel ir-rotazzjoni fit-tim u anki serraħ lill-Awstraljan Aaron Younger u lill-gowlkiper regolari Jake Tanti. Huma xorta baqgħu fil-kmand tal-logħba, b’Edoardo Manzi jagħmel l-iskor ftit rispettabbli għal Marsaskala b’sitt gowls personali fl-aħħar sessjoni.

MARSAXLOKK MFF……. 15

OTTERS NIVEA……………. 6

(4-1), (1-3), (3-0), (7-2)

Marsaxlokk: M. Farrugia, M. Lanzon (1), A. Cook (1), B. Zammit, T. Agius, J. Valletta (2), R. Spiteri (4), J. Pawley, R. Galea (2), J. Borg Tabone, D. Vasic (5), R. Attard, A. Fava, S. Mifsud

Otters: M. Xerri, M. Bonnici, K. Scicluna, T. Milne, M. Meli (3), D. Dimech, I. Azzopardi, T.J. Mifsud, L. Dimech (2), P. Smiljevic, M. Farrugia (1), A. Dimech, M. Grech, A. Azzopardi

Referees: Neville Mercieca, Mattia Bernini

SAN ĠILJAN JP PROJECTS….. 20

MARSASKALA OPTIMA……….. 11

(6-3), (7-0), (3-1), (4-7)

San Ġiljan: J. Tanti, N. Bugelli, D. Tully (1), R. Caruana, A. Younger (1), M. Zammit (3), J. Bonavia (2), B. Plumpton (2), J. Abela (4), N. Zammit (4), S. Van Wyk, N. Schiavone (2), G. Borg, G. Bonavia (1)

Marsaskala: A. Muscat, D. Ciantar, E. Manzi (8), J. Pace Mizzi, M. Carani, R. Greco, K. Navarro, M. Farrugia (1), K. Grech, G. Sammut (2), J. Ciantar, J. Colombo, M. Borg

Referees: Alessandro Carrer, Richard Magri

TA’ XBIEX AMIGOS…………… 13

BIRŻEBBUĠA FREEPORT….. 16

(3-5), (4-5), (2-5), (4-1)

Ta’ Xbiex: J. Micallef, J. Farrugia (1), V. Figliomeni (2), L. Grech Carr, F. Scardino (2), M. Jelaca (2), J. Saliba (3), A. Camenzuli, M. Soler (1), J. Culic (1), Z. Bartolo, P. Tabone (1), A. Theuma, G. Gatt

Birżebbuġa: M. Sladden, A. Aquilina, N. Cassar, B. Grech (4), S. Bezzina, M. Manara, A. Barroso (9), M. Cassar, D. Farrugia, M. Cutajar (1), G. Mannino (1), M. Curmi (1), S. Livori, I. Galea

Referees: Peter Balzan, Mattia Bernini

Grupp A

LRDTFKPti
Valletta4400823112
San Ġiljan4400863712
Birżebbuġa420248586
Marsaskala410347653
Ta’ Xbiex410346623
Barracudas400431870

Logħob li jmiss

Il-Ġimgħa 5 ta’ Lulju: Birżebbuġa v Barracudas 7.15pm, San Ġiljan v Valletta 8.30pm

Is-Sibt 6 ta’ Lulju: Ta’ Xbiex v M’skala 5.30pm

Grupp B

LRDTFKPti
Sliema4400843312
Neptunes430169329
Sirens430159469
Marsaxlokk420252596
Otters400430740
Exiles400431810

Logħob li jmiss

Il-Ġimgħa 5 ta’ Lulju: Exiles v Otters 6.00pm

Is-Sibt 6 ta’ Lulju: Sirens v Marsaxlokk 6.45pm, Neptunes v Sliema 8.00pm