Lokali

Il-Fact Checker tat-Times igiddeb lil Robert Abela

Il-Fact Checker tat-Times waqqa’ għalkollox ir-retorika ta’ misinformazzjoni li xerred il-Prim Ministru Robert Abela. Dan wara li l-Gvern tiegħu jinsab mill-ġdid taħt il-lenti – b’ħafna jistaqsu min kienu l-forzi mudlama li ħadmu id f’id ma’ Steward Healthcare biex inħolqot fake news fuq wieħed minn tagħhom stess.

Kien it-Tnejn filgħaxija meta Robert Abela allega li l-Partit Nazzjonalista fetaħ kawża l-Qorti kontra l-Eks Ministru tas-Saħħa Chris Fearne. Dan bil-għan li jipprova jtaffi ftit mill-ħsara li qed issir wara li kien rappurtat kif Steward tajru l-miljuni biex iffabrikaw fake news.

Iżda l-Fact Checker tat-Times wera ċar u tond li dan mhux il-każ, hekk kif il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech flimkien mad-Deputat Adrian Delia fil-fatt fetħu kawża kontra l-Avukat tal-Istat.

Il-PN fetaħ din il-kawża biex l-Avukat tal-Istat jieħu azzjoni konta uffiċjali għolja tal-Gvern li ssemew f’Ottubru li għadda fil-konklużjoni tas-sentenza dwar id-deal ta’ Steward mill-Qorti tal-Appell, fejn il-Partit Nazzjonalista talab biex dawn l-uffiċjali msemmija jinżammu responsabbli.

Chris Fearne huwa wieħed minn dawk l-uffiċjali għolja tal-Gvern imsemmijja fil-sentenza tal-Qorti tal-Appell, madanakollu meta Robert Abela qal li l-Partit Nazzjonalista fetaħ  kawża kontra Chris Fearne, huwa kien qed jagħmel dikjarazzjonijiet foloz.

L-għada li Abela proprju għamel din id-dikjarazzjoni, ix-Shadow Minister Adrian Delia, permezz ta’ post fuq facebook, qal li r-risposta li ta Abela lill-ġurnalisti ma kienet xejn ħlief gidba u għalhekk talab lill-Prim Ministru biex jew isemmi l-kawża li l-Partit Nazzjonalista fetaħ kontra Fearne, jew jirtira din id-dikjarazzjoni – xi ħaġa li Abela baqa’ ma għamilx.