Il-vulkan Etna, l-itwal u l-ikbar wieħed fl-Ewropa, żbroffa għall-ewwel darba f’erba’ snin fit-3 ta’ Lulju.
Kawża ta’ dan, l-Italja ħarġet twissija sabiex il-protezzjoni ċivili tieħu l-passi neċessarji sabiex ħadd ma jkun f’periklu. Id-deċiżjoni ttieħdet fid-dawl tal-valutazzjonijiet li saru waqt il-laqgħa maċ-Ċentri ta’ Kompetenza u mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili Qorti tar-Reġjun Sqalli, wara l-attivitajiet tal-vulkan.
Il-livell ta’ twissija (yellow alert) huwa bbażat fuq ir-rapporti tal-fenomena u l-valutazzjonijiet tal-perikli magħmula miċ-Ċentri ta’ Kompetenza (l-Istitut Nazzjonali tal-Ġeofiżika u l-Vulkanoloġija u s-CNR-Irea).
Huwa maħsub li dan il-vulkan għandu l-itwal storja dokumentata ta’ żbroffi fost il-vulkani kollha, b’rekords li jmorru lura sa mill-425 Q.K.
//= $special ?>