Wara laqgħa li saret illum, il-Kunsill Lokali tal-Furjana baqa’ mingħajr Sindku.
Fil-laqgħa, il-Partit Laburista ppropona lil Sandra Sammut Hili biex tkun hi s-Sindku tal-lokalità. Iżda l-mozzjoni m’għaddietx bi tliet voti kontra, u tnejn favur.
Il-PN ma ressaq ebda isem għas-Sindakat biex iżomm mal-prinċipju illi min iġib l-akbar ammont ta’ voti għandu jmexxi. Fil-fatt, fil-Furjana, kien il-Labour li ġab l-akbar persentaġġ ta’ voti fl-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali.
F’din l-elezzjoni, il-Furjaniżi eleġġew lil James Aaron Ellul (PN), Sandra Sammut Hili (PL), Nigel Holland (Indipendenti), Justin Haber (PL) u Justine Palmier (PN).
//= $special ?>