Fl-ewwel kwart tal-2024, l-Indiċi tal-Prezzijiet tal-Proprjetà (PPI) kien ta’ 159.98, ekwivalenti għal żieda ta’ 6.7 fil-mija meta mqabbel mal-istess perjodu tal-2023.
Dan kien ikkonfermat minn ċifri tal-NSO.
Fiż-żmien mistħarreġ, l-Indiċi tal-Prezzijiet tal-Appartamenti u l-Indiċi tal-Prezzijiet tal-Maisonettes kienu ta’ 160.17 u 152.59, riflessi fʼżidiet annwali ta’ 6.6 u 6.8 fil-mija, rispettivament (Tabelli nri 1 u 2).
Fl-ewwel kwart tal-2024, il-PPI rreġistra żieda taʼ 1.9 fil-mija meta mqabbel mar-rabaʼ kwart tal-2023.
//= $special ?>