In-National Lottery plc inawgurat investiment ta’ miljuni ta’ ewro f’faċilità tal-logħob li se jkun qed jopera taħt il-kumpanija IZIBINGO.
Il-faċilità tal-logħob se jkollha l-ewwel installazzjoni tat-tiġrijiet storiċi taż-żwiemel barra l-Istati Uniti – bl-IZI GROUP juri li se jkun qed jespandi dan il-kunċett internazzjonalment.
Iċ-ċentru IZIBINGO huwa ċentru ġdid fil-Qawra li joffri l-akbar portafoll ta’ logħob u li għandu 312-il siġġu, 120 terminal storiku tat-tiġrijiet taż-żwiemel u faċilità dedikata għall-isportsbook.
Fi stqarrija, in-National Lottery plc spjegat li l-introduzzjoni tat-tiġrijiet storiċi taż-żwiemel u l-inawgurazzjoni ta’ dan il-post il-ġdid kien possibbli permezz tal-alleanzi li għandha din il-kumpanija mal-kumpaniji International Game Technology u Exacta Systems LLC li hija sussidjarja ta’ Churchill Downs Incorporated.
Johann Schembri, il-Kap Eżekuttiv ta’ IZI GROUP, spjega li l-viżjoni tal-kumpanija tipprovdi esperjenzi tal-logħob li hija mingħajr paragun lokalment u anke internazzjonalment.
//= $special ?>