Sport

Suċċess fir-raba’ edizzjoni tal-Kampjonati Internazzjonali tat-Taekwondo

Ir-raba’ edizzjoni tal-Kampjonati Internazzjonali f’Cardiff, f’Wales, kienu suċċess għall-International Taekwondo League permezz ta’ Ashik Sunil u Gianluca Barbara li kienu megħjuna mill-kowċ ta’ fama internazzjonali Steven Turner, kowċ ta’ Aaron Cook wieħed mill-aqwa atleti tat-taekwondo mondjali.

Fil-Kategorija 74 kilo Senior A, Ashik Sunil wara li fil-kwartifinali għeleb lil Kyle Morgan, kien kostrett li jirtira mis-semifinali kontra Aaron McArdie wara li weġġa’ biex kiseb midalja tal-bronż tal-kategorija.

Gianluca Barbara wara s-suċċessi li kellu fi Brussels, f’Liege; u f’Lot et Garonne, fi Franza, ma ddiżappuntax fil-Masters 80 kg. Wara li għeleb 2 – 0 lil Britanniku Finian Bout, għeleb ukoll fil-finali 2- 0 lil Yamine Guba li fil-Kampjonat tad-Dinja tal-2019 kien irrappreżenta lil Malawi.

Fit-tieni kompetizzjoni tiegħu, Gianluca Barbara wara li fil-kwartifinali għeleb lil Jayden Laurence 11 – 1 u 3 – 0 fis-semifinali kontra Paul Lestyn wara li rebaħ 3 – 2 f’konfronti mill-isbaħ, tilef 2 – 8 u 6 – 9 biex kellu jikkuntenta bil-midalja tal-bronż.