“Isma’, ifhem u aġixxi.”
Kien dan is-sentiment ewlieni taħt post li Robert Abela tefa’ fuq Facebook bit-titlu ‘Qed inkomplu nisimgħu l-esperjenzi tagħkom’ fejn mijiet ikkritikaw it-tmexxija li bija suppost qed jieħu ‘l quddiem lil pajjiżna.
Iżda, ħafna qalu kif dan il-Gvern forsi qed jisma’ iżda żgur mhux qed jaġixxi u jieħu azzjoni sabiex il-poplu Malti u Għawdxi jgħix ħajja aħjar f’pajjiżna stess.
Kienu ħafna dawk li semmewlu l-kriżi li hemm fis-settur tas-saħħa, fejn wieħed irid jistenna mill-inqas “sena u nofs” sabiex forsi jasal l-appuntament tiegħu tant li jekk tkun gravi jkollok tmur privat tonfoq il-mijiet ta’ ewro biex tinqegħda.
Oħrajn jisħqu li l-iktar affarijiet bażiċi wkoll ma jsirux kif suppost, b’permessi li joħorġu għal sigħat u ġranet sħaħ meta biċċa xogħol tkun se tieħu biss ftit tal-ħin. B’riżultat ta’ konġestjoni u skumdità għalxejn għal diversi persuni.
Kummenti oħra esprimew il-fatt li l-popolazzjoni f’pajjiżna kibret wisq tant li m’għadhomx iħossuhom komdi f’pajjiżna. Dan qed iwassal għal problemi f’setturi varji, fosthom traffiku kbir f’kull ħin tal-ġurnata u waiting lists ma jispiċċaw qatt.
Persuna partikolari tistaqsi kif ma jiddejjaqx jgħid li huwa jisma’ lin-nies meta lanqas biss jaf x’jiġifieri tgħix ħajja ta’ persuna li kontinwament qed tbati minn ħaġa jew oħra. Minflok, “moħħu biss kif se jkompli jisraq il-miljuni ma’ sħabu ta’ Kastilja”.
Kumment ieħor appella sabiex Angelo Gafà jitneħħa mill-pożizzjoni ta’ Kummissarju tal-Pulizija llum qabel għada sabiex verament naraw bidla fil-pajjiż.
//= $special ?>