Waqt ċerimonja, tħabbru r-rebbieħa tal-Youth Empowerment Awards. Din l-inizjattiva ġiet organizzata mill-Aġenzija Żgħażagħ bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Studenti Universitarji (KSU) u bl-għajnuna tal-fondi mill-pjattaforma Eurodesk, bil-għan li jirrikonoxxu l-impenn u d-dedikazzjoni li l-għaqdiet taż-żgħażagħ joffru sabiex jipprovdu opportunitajiet għaż-żgħażagħ.
Ir-rebbieħa huma:
- Positive Community Contributions Award – European Studies Organisation (ESO)
- Personal Development Award – Junior Chamber of Advocates
- Youth-Friendly Information Award – Association of Linguistics and Language Technology
- Personal Development Award – Malta University Historical Society – MUHS
- Youth-Friendly Information Award – Għaqda tal-Malti tal-Università
- Personal Development Award – Malta Neurological Students Organisation (MNSS)
- Personal Development Award – ELSA Malta
- Personal Development Award – SACES
- Personal Development Award – UM Racing