Sport

Kickboxer Ingliż ta’ fama mondjali mistieden għal seminar f’Malta

Se tingħata opportunità oħra għall-istudenti tal-kickboxing minn kull klabb lokali f’seminar ieħor organizzat fil-Lukanda Hilton, fis-6 ta’ Lulju, bejn l-10 ta’ filgħodu u nofsinhar minn Master Noel Mercieca għal Team Noel Club.

Il-mistieden se jkun il-kickboxer Ingliż ta’ fama mondjali, Liam Harrison, magħruf bħala The Hitman.

Liam “The Hitman” Harrison jiġġieled fil-kategorija welterweight Muay Thai fejn meta jkun ibbażat fir-Renju Unit jiġġieled għal Bad Company u jitħarreġ f’Jitti Gym u Yokkao Training Centre f’Bangkok fit-Tajlandja.

Għandu rekord ta’ 118-il ġlieda fil-Kickboxing fejn rebaħ 91 darba b’50 minnhom b’knockout, 25 telfa u żewġ draws. Dawn flimkien mar-rebħ tal-Kampjonat Dinji fl-2014 WBC Muay Thai u Champion Internazzjonali WBC Muay ketegorija 147 libbra . Bejn 2007 – 2009 kien Chamġion tad-Dinja WMC Muay Thai Lightweight kategorija 61.5 kilo . Liam Harrison, huwa kklassifikat fil-ħemes post fil-klassifika ONE Bantamweight Muay Thai.

Dawk interessati li jattendu s-seminar huma mitluba li jikkuntattjaw lil Master Noel Mercieca għal aktar informazzjoni.