Koppja anzjana qed issofri minn ġrieħi gravi wara li ntlaqtet minn vann fi Triq Gort, f’San Ġiljan, għall-ħabta tas-1 pm.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li raġel ta’ 77 sena u mara ta’ 76 sena, it-tnejn residenti Tas-Sliema, intlaqtu minn vann Ford Transit misjuq minn raġel ta’ 49 residenti ż-Żurrieq.
Il-vittmi ngħataw l-għajnuna minn tim mediku u ttieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanzi għall-kura. Aktar tard, it-tnejn ġew iċċertifikati li weġġgħu gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>