Lift fir-residenza tal-anzjani San Vincenz de Paul ilu bil-ħsara xhur sħaħ.
Qraba ta’ anzjani li tkellmu ma’ Net News qalulna li dan il-lift ilu bil-ħsara għal diversi xhur, u għalkemm il-Ministru wiegħed li ser jkun qed jiġi imsewwi, dan baqa’ ma jaħdimx bil-konsegwenza li anzjani morda bil-Covid qed jittieħdu fis-sala tal-Covid billi jgħadduhom minn swali oħra.
Dan ifisser li minflok jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha biex il-Covid ma jkomplix jinfirex fost l-anzjani fil-Faċilità ta’ San Vincenz, l-anzjani morda bil-Covid qed jitħallew jitħalltu ma’ anzjani li m’għandhomx Covid.
Bħalissa, in-numri ta’ persuni bil-virus tal-Covid-19 qiegħed dejjem jiżdied.
Jidher li n-numru ta’ anzjani morda bil-Covid qed ikompli jikber anke fil-Faċilità, u l-Gvern qed jonqos ukoll milli jieħu l-miżuri kollha biex kemm jista’ jkun il-Covid ma jkompli jinfirex.
//= $special ?>