Skont rapporti fil-media internazzjonali, il-midfielder Ingliż Jude Bellingham mhux mistenni li jkun sospiż. Il-UEFA fetħet investigazzjoni wara dak li għal uħud qed jiġi ġġudikat bħala ġest mhux xieraq li għamel il-plejer ta’ Real Madrid wara li ġab id-draw kontra s-Slovakkja.
Jekk jinstab ħati, il-UEFA għandha l-awtorità li toħroġ sospensjoni għal offiżi simili. Jekk iseħħ dan, Bellingham jitlef il-konfront mill-kwartifinali li l-Ingilterra għandha kontra l-Iżvizzera, f’Dűsseldorf. Wara l-logħba, Bellingham kien qal fuq il-media soċjali li l-azzjonijiet tiegħu ma kienet xejn għajr ċajta interna mmirata lejn grupp ta’ ħbieb tal-qalb tiegħu.
Ir-rapporti fil-media Ingliża qegħdin jirrappurtaw li probabbilment l-Ingliż ikun immultat. F’sitwazzjonijiet simili, kemm Cristiano Ronaldo kif ukoll il-kowċ ta’ Atletico Madrid Diego Simeone ġew immultati madwar €20,000 iżda ma ġewx sospiżi.
//= $special ?>