Lokali

“Robert Abela u l-Kabinett tiegħu għandhom jingħaqdu mal-PN biex jirkupraw il-flus li Steward serqu lill-poplu” – PN

Jekk il-Grupp Parlamentari Laburista verament jemmen, kif qal, li l-Gvern għandu jirkupra l-flus li Steward serqu mingħand il-poplu Malti u Għawdxi bi frodi, mela għandu jassigura li Robert Abela u l-Kabinett tiegħu jwaqqgħu l-oppożizzjoni tagħhom għall-kawża tal-Partit Nazzjonalista biex l-Avukat tal-Istat ikun jista’ jfittex lil dawk responsabbli u li b’hekk, il-poplu Malti u Għawdxi jirkupra l-€400 miljun li ta’ Steward serqu lill-poplu Malti u Għawdxi b’kompliċità ta’ uffiċjali għoljin tal-Gvern.

Il-Grupp Parlamentari Laburista jkun kredibbli biss jekk jassigura li l-Gvern immexxi minn Robert Abela jingħaqad mal-Partit Nazzjonalista biex flus il-poplu jinġiebu lura.