Sewwieq ta’ mutur qed isofri minn ġrieħi gravi wara ħabta li seħħet ma’ karozza fi Triq l-Għarb, fl-Għarb, Għawdex, għall-ħabta tal-10:30 am.
Il-Pulizija marret fil-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Kia misjuqa minn Kanadiż ta’ 50 sena, u mutur Honda misjuq minn raġel ta’ 47 sena residenti l-Għarb, Għawdex.
Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex b’ambulanza għal aktar attenzjoni medika, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.
//= $special ?>