Żagħżugħ Franċiż ta’ 19-il sena ġie mixli quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech, li kkommetta stupru fuq tfajla Belġjana li ltaqa’ magħha Malta waqt li t-tnejn kien għall-btala. Jules Charles Jean Martin ġie mixli li nhar it-Tnejn li għadda, f’lukanda f’San Ġiljan, huwa stupra lit-tfajla.
Huwa ġie mixli wkoll li wettaq att ta’ natura sesswali mingħajr il-kunsens tat-tfajla ta’ 18-il sena. Jidher li l-koppja kienet sejra tajjeb flimkien tant li kienu jkunu ħafna fil-kumpanija ta’ xulxin u saru wkoll intimi ħafna.
Madankollu jidher li l-att li pprova jwettaq Martin sab oppożizzjoni qawwija mit-tfajla u li aktar tard hi għamlet rapport lill-Pulizija li bdew jinvestigaw il-każ u waslu biex iressqu liż-żagħżugħ il-Qorti li wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjubin kontrih.
L-Avukat Roberta Bonello li dehret għal Franċiż, m’għamlitx talba għall-ħelsien mill-arrest u dan fid-dawl li għad trid tixhed il-vittma. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Avukat Jenifer Polidano mill-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali megħjuna mill-Ispetturi Marshal Mallia u Nico Zarb.
//= $special ?>