Hekk kif matul il-jum tal-Ġimgħa tkompla Wimbledon, iċ-champion renjanti Carlos Alcaraz avvanza meta b’diffikultà għeleb lil Fraces Tiafoe 5-7 6-2 4-6 7-6 6-2.
Din ir-rebħa żammet ħajjin it-tamiet li Alcaraz jirbaħ żewġ Grand Slams konsekuttivi hekk kif aktar kmieni din is-sena diġa rebaħ ir-Roland Garros.
It-tennista Brittanika Emma Raducanu wkoll avvanzat għar-rawnd li jmiss meta bl-aktar mod konvinċenti għelbet lil Maria Sakkari 6-2 6-3. F’kummenti wara l-partita Raducanu qalet li l-partita ta’ llum kienet waħda fejn ħadet pjaċir ferm tilgħab.
//= $special ?>