Il-kantant Ed Sheeran kanta quddiem l-iskwadra nazzjonali tal-Ingilterra fil-bażi tagħhom fi Blankenhain. Wara r-rebħa drammatika kontra s-Slovakkja, Sheeran li hu partitarju tat-tim Ingliż, ħa miegħu l-kitarra biex jgħolli l-moral tat-tim.
L-għan tal-prestazzjoni tiegħu kienet biex il-plejers Ingliżi jkollhom mumenti mingħajr tensjoni żejda. Din mhux l-ewwel darba li t-talent mużikali ta’ Ed Sheeran kien espost għall-iskwadra Ingliża waqt kompetizzjoni maġġuri. Fil-passat, hu kanta lit-tim f’St. George’s Park qabel il-finali tal-aħħar edizzjoni tal-Kampjonat Ewropew.
//= $special ?>