PORTUGALL………..0 (3)
FRANZA………………0 (5)
Portugall: D. Costa, N. Mendes, Pepe, R. Dias, J. Cancelo (N. Semedo 74′), J. Palhinha (R. Neves 92′), Vitinha (M. Nunes 118′), R. Leao (J. Felix 105′), B. Fernandes (F. Conceicao 74′), B. Silva, C. Ronaldo
Franza: M. Maignan, T. Hernandez, W. Saliba, D. Upamecano, J. Kounde, E. Camavinga (Y. Fofana 90′), A. Tchouameni, N. Kante, A. Griezmann (O. Dembele 67′), K. Mbappe (B. Barcola 105′), R. Kolo Muani (M. Thuram 86′)
Imwissija: J. Palhinha 79′ (P), W. Saliba 84′ (F)
Referee: Michael Oliver (Ingilterra)
Franza avvanzaw għas-semifinali tal-EURO 2024 u issa se jkunu qed jilagħbu kontra Spanja wara li għelbu lil Portugall wara l-għoti tal-penalties bl-iskor ta’ 5-3.
Bil-partita tintemm bl-iskor ta’ 0-0 sad-90 minuta, biż-żewġ timijiet joħolqu ftit opportunitajiet ta’ skor fejn spikkaw il-prestazzjonijiet ta’ Pepe għall-Portugall u William Saliba għal Franza, l-partita marret għall-ħin barrani fejn l-iskor baqa ma nbidilix sal-120 minuta biex b’hekk il-partita kienet deċiża bil-penalties.
Fl-għoti tal-penatlies kienu Franza li ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 5-3. Ousmane Dembele, Youssouf Fofanal, Jules Kounde, Bradley Bracola u Theo Hernandez skorjaw għall-Franza filwaqt li Cristiano Ronaldo, Bernardo Silva u Nuno Mendes skorjaw għall-Portugall. Joao Felix falla dak li kien il-penalty deċiżiv għall-Portugall.
//= $special ?>