Lokali

Għawdxi bi ġrieħi gravi f’inċident fiż-Żejtun

Raġel miż-Żebbuġ, Għawdex, kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fiż-Żejtun.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-siegħa u kwart tal-Ġimgħa waranofsinhar fi Triq Alfredo Cachia meta għal xi raġuni is-sewwieq ta’ 50 sena tilef il-kontroll tal-vettura tal-elettriku bil-konsegwenza li nqaleb.

Minnufih ġie msejjaħ tim mediku tal-ambulanzi li ħa lir-raġel l-Isptar Mater Dei għal aktar kura fejn ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.