Sport

Ġurnata oħra ta’ kompetizzjoni f’Wimbledon

Sinner, is-seed numru 1

F’Wimbledon ġurnata oħra ta’ kompetizzjoni fejn l-attenzjoni fit-tielet rawnd tmur fuq is-seed numru 1, Jannik Sinner tal-Italja. L-avversarju għal Sinner f’dan ir-rawnd huwa Miomir Kecmanovic, tas-Serbija. Fir-rawnd ta’ qabel Sinner għeleb u elimina lil Matteo Berrettini tal-Italja fejn wara li rebaħ l-ewwel żewġ sets 7 – 6 ; 7 – 6; tilef it-tielet set 6 – 2 iżda rebaħ dak deciżiv 7 – 6.

Is-seed numru 2 fil-kompetizzjoni Novak Djokovic għadda għat-tielet rawnd wara li għeleb lil Britanniku Jacob Fearnley. Djokovic ftit tħabat biex rebaħ l-ewwel żewġ sets 6 – 3; 6 – 4. Reazzjoni minn Fearnley li rebaħ it-tielet set 7 – 5 biex baqa’ fil-partita. Madankollu kien Djokovic li rebaħ dak deciżiv 7 – 5 sabiex fit-tielet rawnd jilgħab kontra Alexei Popyrin, tal-Awstralja.