EURO 2024 Sport

It-tim ospitant eliminat fi tmiem mimli emozzjoni

(Ritratt: EPA)

SPANJA………………………………..2

ĠERMANJA………………………….1

Spanja: U. Simon, M. Cucurella, A. Laporte, R. Le Normand (Nacho 46′), D. Carvajal, F. Ruiz (Joselu 102′), Rodri, Pedri (D. Olmo 8′), N. Williams (M. Merino 80′), A. Morata (M. Oyarzabal 80′), L. Yamal (F. Torres 63′)

Ġermanja: M. Neuer, D. Raum (M. Mittelstadt 57′), J. Tah (T. Muller 80′), A. Rudiger, J. Kimmich, T. Kroos, E. Can (R. Andrich 46′), J. Musiala, I. Gundogan (N. Fullkrug 57′), L. Sane (F. Wirtz 46′), K. Havertz (W. Anton 90′)

Imwissija: R. Le Normad 29′, F. Torres 74′, U. Simon 82′, Rodri 110′, A. Morata 121′, F. Ruiz 121′ (S), A. Rudiger 13′, D. Raum 28′, T. Kroos 67′, M. Mittelstadt 73′, N. Schlotterbeck 90′, F. Wirtz 94′, D. Undav 113′ (Ġ)

Tkeċċa: D. Carvajal 125′ (S)

Skrojaw: D. Olmo 51′, M. Merino 119′ (S), F. Wirtz 89′ (Ġ)

Referee: Anthony Taylor (Ingilterra)

Il-Ġermanja sfaw eliminati mill-EURO 2024 wara li tilfu kontra Spanja bl-iskor ta’ 2-1 wara li l-partita marret għall-ħin barrani bl-iskor sad-90 minuta tintemm fi draw ta’ 1-1.

Kienet partita mimlija emozzjoni hekk kif wara biss ftit minuti Spanja tilfu lil Pedri wara li sofra injury f’irkopptu. Bl-iskor jibqa’ ma jinfetaħx sa tmiem l-ewwel taqsima, kienu Spanja li fil-51 minuta fetħu l-iskor permezz ta’ Dani Olma. Bi Spanja dehru li se jirbħu l-partita fid-90 minuta, is-sostitut Florian Wirtz kellu ideat oħra u b’konklużjoni fil-baxx ġab l-iskor indaqs, bil-partita tgħaddi għall-ħin barrani.

Matul il-ħin barrani ż-żewġ timijiet kellhom numru ta’ okkażjonijiet ta’ skor u kien biss fil-119-il minuta meta minn kross ta’ Dani Olmo, kien Mikel Merino li għola fuq kulħadd u b’daqqa ta’ ras perfett għeleb lil Manuel Neuer. Spanja temmew il-partita bi plejer anqas meta lejn it-tmiem tkeċċa Dani Carvajal wara li ntwera’ t-tieni karta safra għall-fawl tattiku biex b’hekk bħal sieħbu fit-tim Alvaro Morata se jkun qed jitlef is-semifinali biż-żewġ plejers se jkunu sospiżi.