Lokali

Laqgħa tal-Grupp Parlamentari Laburista li kienet “ħela ta’ ħin”

Matul il jum tal-Ħamis tlaqqa’ l-Grupp Parlamentari Laburista. U kif fisser fuq Facebook l-attivist Laburista Neville Gafà, id-deputati tal-Labour ħarġu diżappuntati għax skont huma “l-laqgħa kienet kollha ħela ta’ ħin u mingħajr inizjattiva ta’ xejn.”

Gafà qed jgħid illi dan kollu jirrifletti l-istat tal-biki li jinsab fih il-Partit Laburista. Sinjali indikattivi ta’ Partit li qata’ qalbu li jerġa’ jirbaħ l-elezzjoni ġenerali.

“Din l-apatija ma hi xejn għajr tradiment lejn dawk l-eluf li taw il-fiduċja tagħhom lill-Partit Laburista. Jidher ċar li l-Partit jinsab maħkum minn klikka perikoluża li se twasslu għal telfa elettorali fl-elezzjoni ġenerali li jmiss”, stqarr Neville Gafà.