Mbappé sejjaħ l-ewwel rawnd ta’ votazzjoni għall-elezzjoni fi Franza bħala katastrofika u ħeġġeġ lill-votanti biex imorru bi ħġarhom meta l-votazzjoni terġa’ tiftaħ il-Ħadd li ġej. Il-captain Franċiż wissa biex il-pajjiż jagħmel ċert li l-partit tal-lemin estrem jew aħjar il-partit kontra l-immigrazzjoni ma jkunx jikseb il-poter.
L-attakkant Franċiż mhux l-uniku plejer li esprima l-opinjoni tiegħu dwar l-elezzjoni. Wara r-rebħa kontra l-Belġju, Jules Koundé qal li jinsab diżappuntat bl-appoġġ li għandu l-partit li fi kliemu jrid jieħu l-libertà. Qabel il-bidu tal-Euro 2024 tkellmu wkoll Marcus Thuram u Ousmane Dembélé.
//= $special ?>