Sport

Rebħ tar-Regional Cup tal-Malta Blackball Federation

Tim D Ħamrun 147 rebħu r-Regional Cup tal-Malta Blackball Federation.

Il-finali tar-Regional League tal-Blackball kien derby bejn iż-żewġ timijiet ta’ Ħamrun 147 wara li Tim D għelbu lil Tim C bil-punteġġ ta’ 11-8.

Kienet finali ibbilancjata, miftuħa għal kull riżultat b’ Tim D li stabbilixxa vantaġġ ta’ 8-3 sal-ewwel perjodu sabiex Tim C naqqas id-distakk għal 10-8. Minkejja kollox, Tim D Ħamrun 147 baqgħu konċentrati bl-aħħar punti jaslu minn Neil Aquilina biex wassal lit-tim tiegħu għar-rebħ tat-trofew tar-Regional League.

Il-President tal-Malta Blackball Federation Philip Gatt ippreżenta t-Trofew lill-plejer ta’ Tim D Ħamrun 147 Gilmour Scicluna.

Ir-referee ta’ din il-finali kien Neville Cassar.