Il-UEFA ħabbret li r-regola l-ġdida li kienet introdotta fl-EURO 2024, dik li l-captain biss jista’ jkellem lir-referee se tkun ukoll estiża fil-kompetizzjonijiet tal-klabbs wara li kienet meqjusha suċċess.
Matul l-EURO 2024, kull plejer ieħor li avviċina lir-referee li m’huwiex captain, intwera karta safra u dan il-mod se jkun ukoll qed jiġi mplimentat fil-kompetizzjonijiet Ewropej kollha tal-klabbs.
B’kosegwenza ta’ dan kien hemm żieda fl-ammont ta’ karti sofor hekk kif fil-fażi tal-gruppi ngħataw 166 karta safra kkumparat ma 98 li ngħataw matul l-EURO 2020.
//= $special ?>