Sport Sport Ieħor

Remco Evenepoel jikseb l-ewwel rebħa…Pogacar iżomm il-flokk l-isfar

(Ritratt: EPA)

Iċ-ċiklista Belġjan Remco Evenepoel kiseb l-ewwel rebħa tiegħu matul it-Tour de France fit-time trial hekk kif temm 25.3km fi 28 minuta u 52 sekonda, 12-il sekonda qabel Tadej Pogacar li minn naħa tiegħu żamm il-flokk l-isfar hekk kif baqa’ jokkupa l-ewwel post fil-klassfika ġenerali.

Primoz Roglic temm fit-tielet post filwaqt li Jonas Vingegaard temm fir-raba pożizzjoni.

Evenepoel qal li l-aħħar ftit metri kienu drammatiċi għalih fejn qal li hu u t-tim tiegħu pjanaw li jirbħu dan l-istadju sabiex jibqgħu viċin Pogacar minkejja li stqarrew li se tkun diffiċli biex jilħqu liċ-ċiklista Sloven.