Sport

Stadju ieħor tat-Tour de France

Is-sitt stadju tal-111-il edizzjoni tat-Tour de France kien fuq medda ta’ 163.5 kilometri minn Macon sa Dijon.

Is-suċċess kien għal Dylan Groenewegen, tal-Olanda għal Team Jayco li temm id-distanza fi 3 sigħat, 31 minuta u 55 sekonda fejn daħal fi sprint fuq Jasper Philipsen tal-Belġju għal Alpecin, Biniam Girmay tal-Etjopja għal Intermarche’ Wanty, u l-Kolombjan Fernando Gaviria għal Movistar Team.

Fil-klassifika ġenerali saħħaħ postu fl-ewwel post is-Sloven Tadej Pigacar għal UAE Team Emirates b’total ta’ 26 siegħa 47 il-minuta u 19-il sekonda b’distakk vantaġġ ta’ 45 sekonda fuq il-Belġjan Remco Evenepoel għal Soudal Quick Step, u d-Daniż Jonas Vingegaard għal Visma Lease-a-Bike b’distakk ta’ 50 sekonda.

L-istadju li jmiss tat-Tour huwa fuq distanza ta’ 25.3 kilometri bejn Nuits – Saint Georges sa Gevrey – Chambertin.