Sport

Suċċess fir-Ragusa Sprint Triathlon

It-triatleta Keith Galea ta’ Birkirkara Saint Joseph Sports Club, irreġistra suċċess ieħor fir-Ragusa Sprint Triathlon, f’Marina di Ragusa. Frisk mir-rebħ tal-Kampjonat Nazzjonali għall-għaxar darba fil-karriera filwaqt li fil-klassifika ġenerali temm fid-disa’ post fost 137 partecipant, Galea kklassifika fit-tieni post minn erbatax-il triatleta fil-kategorija skont l-età.

Keith Galea temm il-kompetizzjoni f’ħin totali ta’ siegħa 7 minuti u 45 sekonda. Huwa temm fid-disa’ post fl-għawma ta’ kilometru f’14-il minuta u 39 sekonda. Fl-21 kilometru cikliżmu, b’medja ta’ 34 km fis-siegħa, temm fit-18-il post f’34 minuta u 53 sekonda li jinkludi wkoll it-transizzjoni. Fil-korsa ta’ 5 kilometri ġiri b’medja ta’ 3.38 km fis-siegħa, Keith Galea temm id-distanza fil-ħames post fi 18-il minuta u 14-il sekonda.

Dan kollu għal ħin komplessiv ta’ siegħa, 7 minuti u 45 sekonda.

L-impenn li jmiss għal Keith Galea huwa kamp ta’ taħriġ fi Franza f’Awwissu u fl-1 ta’ Settembru fil-Half Iron Man li se ssir f’Poznan, fil-Polonja.