Il-Ministru Clayton Bartolo u l-Kummissarju tal-Films Johan Grech spiċċaw mill-ġdid f’nofs kontroversja wara li t-Times żvelat kif il-Gvern tajjar nofs miljun ewro biex qabbad direttur barrani u tim ta’ 130 persuna biex jipproduċu video qasir għall-Meditterane Film Festival.
Apparti l-fatt li Grech issa spiċċa jirreċta f’dan il-film, esperti fl-industrija jinsabu xxukjati kif il-Kummissjoni tal-Films issib l-eluf biex “tiddandan mal-barranin”. Fil-fatt, atturi u producers li tkellmu magħna qalulna li dan il-video ma offra ebda valur miżjud lis-serata tal-Mediterrane Film Festival – ħlief li kien pjattaforma għal Johan Grech biex jerġa’ “jippoppa” mal-komiku David Walliams.
Sorsi qed jgħidu li dan il-film Once Upon a Time in Malta sewa nofs miljun ewro lill-kaxxa ta’ Malta. Fih, Walliams u Grech imorru lura fiż-żmien għall-epoka tal-Kavallieri.
Dan il-video intwera fis-serata finali tal-Film Awards li saret f’Manoel Island. Bis-sit LovinMalta jgħid li Grech qed jilgħabha qisu George Clooney.
Intant, il-PN fakkar fl-aħħar jiem kif Johan Grech qed jagħmel dan kollu bil-barka tal-Prim Ministru u tal-Ministru Clayton Bartolo.
//= $special ?>