Lokali

Tifel ta’ disa’ snin fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ minn tieqa

Ilbieraħ, għall-ħabta tat-tmienja u kwart ta’ filgħaxija (2015hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li kien
hemm bżonn l-assistenza f’residenza fi Triq Wied in-Noqor, zona ta’ Ħal Farruġ.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li tifel ta’ 9 snin weġġa’ wara li waqa’ madwar żewġ sulari minn tieqa ta’ residenza. Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet il-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.

Il-Maġistrat Joe Mifsud ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.