Wara li sar il-proċess ta’ votazzjoni għall-edukaturi, l-MUT ħabbret li 92.27% jaqblu mal-ftehim settorjali li sar bejn il-Union u l-Gvern.
Minn 2,462 ta’ dawk eleġibbli, 1,945 ivvutaw favur, 163 ivvutaw kontra u 35 għażlu li ma jivvutawx.
Dan ifisser li ġie fi tmiemu proċess twil ta’ negozjanti ta’ sena u nofs fejn il-Gvern ilu jtawwal sabiex jiġi fi tmiemu dan il-qbil għal xhur sħaħ.
Dan wassal biex f’Novembru li għadda l-MUT ma kellhiex għażla oħra għajr li tħabbar azzjonijiet industrijali, inkuż strajk ta’ ġurnata – strajk li kellu l-appoġġ ta’ 97% tal-edukaturi. Dan wara li l-Gvern ta’ Robert Abela spiċċa jixxaħħaħ mal-edukaturi fejn għal xhur sħaħ kiser il-wegħda li għamel fil-manifest elettorali.
//= $special ?>