Lokali

“Il-Partit Laburista ostaġġ ta’ klikka perikoluża”

“Il-Partit Laburista huwa ostaġġ ta’ klikka perikoluża.”

Hekk iddikjara l-esponent Laburista Neville Gafà hekk kif ma taqta’ xejn il-kritika minn naħa tal-klikka ta’ Joseph Muscat lejn it-tmexxija ta’ Robert Abela. Bin-nies tal-eks Mexxej Laburista jgħidu li wara xahar minn meta l-partit tilef siġġu fil-Parlament Ewropew u tilef ammont kbir ta’ Kunsilli Lokali, il-Labour baqa’ ma bagħat ebda sinjal ċar ta’ bidla.

Neville Gafà insista illi l-Partit Laburista spiċċa bi 30,000 vot inqas, u minkejja dan “kollox business as usual”.

“Komplu sejrin hekk. Prosit”, stqarr Gafà fuq il-media soċjali.