Lokali

Jason Micallef idur għal Johan Grech – “Mhux aċċettabbli li tagħmel li jfettillek bi flus il-poplu”

“L-ebda ego trip m’ghandu jimbarazza Gvern sħiħ.”

Hekk iddikjara l-esponent ewlieni Laburista Jason Micallef meta fuq Facebook attakka d-deċiżjoni oxxena tal-Kummissarju tal-Films Johan Gech li jtajjar nofs miljun ewro għal video ta’ għaxar minuti. Dan meta pajjiżna jinsab riesaq lejn excessive deficit procedure, u meta l-Gvern sploda d-dejn pubbliku għal kważi 10 Biljun ewro.

Jason Micallef minn naħa tiegħu insista li l-Kummissarju tal-Films, mhux il-Gvern, u l-Gvern mhux il-Kummissarju tal-Films. Li taħseb li tista taghmel li trid il-hin kollu, li jfettillek, bi flus il-poplu, minghajr farka kontabilita, mhux accettabbli, stqarr Micallef fuq il-media soċjali.