Il-President Amerikan Joe Biden qed jinsisti li “Alla biss” jista’ jikkonvinċih biex jirtira l-kandidatura tiegħu għall-elezzjoni ta’ Novembru. Dan intqal minn Biden innifsu f’intervista li ta lill-istazzjoni ABC, hekk kif qed jikbru d-dubji fost id-Demokratiċi dwar il-kundizzjoni tas-saħħa tiegħu.
Matul din l-istess intervista, Joe Biden irrifjuta li jpoġġi għal test li jeżamina l-abbiltajiet tal-moħħ. Bil-President iwieġeb li hu jagħmel dak it-test kuljum, għaliex kull ġurnata hija eżami għalih f’dak kollu illi jagħmel.
Mal-istazzjon ABC, Joe Biden ripetutament warrab kull ħsieb li hi jista’ jirtira n-nomina tiegħu għal xi ħadd li hu iżgħar fl-età.
Illum, il-President Amerikan jgħodd 81 sena. U aktar mill-età, id-dubji qamu minħabba l-mod kif qed jaġixxi – xi ħaġa li dehret evidenti fid-dibattitu li kellu ma’ Donald Trump.
//= $special ?>