Il-plejer Ingliż Jude Bellingham se jkun jista, jilgħab fil-kwartifinali tal-lum kontra l-Iżvizzera wara li weħel biss sospensjoni sospiża ta’ partita waħda u multa ta’ €30,000.
Bellingham kien f’nofs kontroversja wara li fil-partita kontra l-Islovakkja meta skorja gowl fl-aħħar sekondi tal-partita deher jagħmel ġesti li il-bankina tas-Slovakkja bil-UEFA tkun mitluba tinvestiga dan il-każ.
Il-plejer ta’ 21 sena rrifjuta li l-mossa li għamel kienet lejn il-bankina Slovakka u qal li dan kien ġest lejn sħabu li kienu qed isegwu l-partita fil-grawnd. Bellingham beda l-partita kollha tal-Ingilterra u skorja darbtejn matul l-EURO 2024.
Sadanittant, l-FA Ingliża kienet mmultata €11,000 għall-problemi li ħoloqu partitarji Ngliżi matul din il-kompetizzjoni.
//= $special ?>