Biċċa arti li tirrikjedi ħafna dedikazzjoni li tmur lura mijiet ta’ snin b’kuluri differenti u ammont kbir ta’ deheb.
Dan huwa l-arloġġ Malti, magħruf bħala l-arloġġ tal-lira li kif spjegalna Joe Micallef, li ilu jgħallem din l-arti 22 sena, qatt ma sewa lira, mhux bħalma jaħsbu ħafna nies.
Joe Micallef spjegalna li l-proċess biex isir arloġġ bħal dan jirrekjedi proċess twil b’ħafna paċenzja.
Fil-maħżen tiegħu stess, fejn għallem mijiet ta’ studenti, Micallef spjegalna li l-kulur iswed jirrappreżenta l-kleru, l-aħmar il-kavallieri u l-aħdar in-negozjanti.
Din l-arti prestiġjuża hija essenzjali għall-kultura Maltija, u kien għalhekk li s-Sibt filgħodu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech flimkien mal-mara tiegħu AnnMarie Grech, żar il-maħżen ta’ Joe Micallef, fejn mill-qrib seta’ jsegwi l-proċċess ta’ kif isir dan l-arloġġ.
//= $special ?>