ŻVIZZERA …………… 1 (3)
INGILTERRA ………. 1 (5)
ŻVIZZERA: Y.Sommer, F.Schar, M.Akanji, R.Rodrigues, F.Rieder (S.Zuber 64’), R.Freuler (V.Sierro 118’), G.Xhaka, M.Aebischer (Z.Amdouni 118’), D.Ndoye (D.Zakaria 98’), B.Embolo (X.Shaqiri 109’), R.Vargas (S.Widmer 64’)
INGILTERRA: J.Pickford, K.Walker, J.Stones, E.Konsa (C.Palmer 78’), K.Trippier (E.Eze 78’), K.Mainoo (L.Shaw 78’), D.Rice, B.Saka, J.Bellingham, P.Foden (T.Alexander-Arnold 115’), H.Kane (I.Toney 109’)
Imwissija: F.Schar 32’ (Ż), S.Widmer 85’ (Ż), H.Kane 67’ (I)
Skorjaw: B.Embolo 75’ (Ż), B.Saka (I) 80’
Referee: Daniel Orsato (Italja)
F’Merkur Spiel Arena l-Ingilterra għamluha fis-semifinali tal-EURO 2024 meta għelbu lill-Iżvizzera wara l-għoti tal-penalties. Għal din il-partita Garteh Southgate għamel bidla tattika fejn qaleb għal formazzjoni ta’ 3-5-1-1, bl-unika bidla fil-personell tkun dik ta’ Ezri Konsa, li daħal flok Marc Guehi li kien jinsab sospiż. Fl-ewwel taqsima it-tim Ingliż kien pożittiv fil-logħob tiegħu b’Phil Foden jispikka f’pożizzjoni aktar ċentrali, kuntrarju għall-partiti preċedenti f’dan it-turnew. Spikka wkoll Bukayo Saka li rnexxielu jgħaddi kemm-il darba mil-linja leminija, bil-crosses fil-kaxxa tiegħu, madanakollu ma jsibu lil ħadd. Biex l-ewwel taqsima intemmet mingħajr konklużjonijiet perikolużi lejn il-lasti rispettivi.
Madanakollu fit-tieni taqsima l-Ingliżi battew xi ftit u kienu proprju l-Iżvizzera li ħadu l-vantaġġ fil-75 minuta meta minn cross mil-lemin John Stone ma tajjarx il-ballun tajjeb, approfitta Breel Embolo li mill-viċin xeħet wara Pickford għal 1-0. Minkejja dan risposta immedjata mill-Ingilterra meta fit-80 minuta kien Bukayo Saka li mil-lemin qata’ tajjeb għal ġewwa bix-xutt fil-baxx tiegħu jispiċċa fix-xibka għal 1-1, bil-partita tmur għal ħin barrani.
Fil-ħin barrani iż-żewġ timijiet kienu kawti fil-logħob tagħhom, bl-Iżvizzera madanakollu jkunu xi ftit aktar avventuriżi bl-Ingilterra jkunu xi ftit esposti fuq wara. Biex b’hekk il-partita marret għal penalties.
Għall-Ingilterra skorjaw Cole Palmer, Jude Bellingham, Bukayo Saka, Ivan Toney u Trent Alexander Anrold. Għall-Iżvizzera falla Manuel Akanji, skorjaw Fabian Schar, Xherdan Shaqiri,Zeki Amdouni.
//= $special ?>