Internazzjonali

Masoud Pezeshkian huwa l-president il-ġdid tal-Iran

Reformist candidate for the Iran's presidential election Masoud Pezeshkian clenches his fists during a campaign rally in Tehran, Iran, Wednesday, July 3, 2024. (AP Photo/Vahid Salemi)

Ir-riformista, Masoud Pezeshkian ġie elett bħala l-president il-ġdid tal-Iran wara li għeleb ir-rivali konservattiv tiegħu, Saeed Jalili.

Pezeshkian kiseb 53.3% ta’ aktar minn 30 miljun vot li ntefgħu, b’Jalili kellu 44.3% tal-voti.

Ir-riżultat uffiċjali tħabbar wara li l-ebda kandidat ma kiseb maġġoranza fl-ewwel round tal-elezzjoni li saret fit-28 ta’ Ġunju f’turn-out ta’ 40%.

L-elezzjoni issejħet wara li l-President preċedenti tal-Iran, Ebrahim Raisi miet waqt inċident li seħħ waqt li kien f’ħelikopter f’Mejju li għadda. Inċident li fih mietu wkoll seba’ persuni oħra.