Internazzjonali

Ommijiet ta’ ostaġġi Iżraeljani jinżlu fit-toroq ta’ Tel Aviv jipprotestaw

Għexieren ta’ ommijiet ta’ ostaġġi Iżraeljani li għadhom taħt idejn il-Hamas, f’Gaza, niżlu fit-toroq ta’ Tel Aviv sabiex jipprotestaw iż-żamma ta’ uliedhom u jappellaw biex jiġu meħlusin minnufih.

Il-Prim Ministru Iżraeljan, Benjamin Netanyahu affaċċja reazzjoni mill-familji tal-ostaġġi talli naqsu milli jimpenjaw ruħhom għal proposta ta’ waqfien mill-ġlied imressqa mill-Istati Uniti, li twassal għall-ħelsien ta’ dawk li għadhom maqbudin f’Gaza.

Il-Gvern Iżraeljan qed jgħid li hemm total ta’ 120 ruħ li għadhom ostaġġi minn madwar 250 persuna li kienu ttieħdu mill-Hamas mindu beda l-ġlied bejn iż-żewġ partijiet.