Għawdxi ta’ 39 sena spiċċa jissielet għal ħajtu wara li lbieraħ sab ruħu f’diffikultà waqt li kien qiegħed jgħum.
Il-każ seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tal-5:30pm, meta il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fl-inħawi ta’ Daħlet Qorrot.
Il-Pulizija marru immedjatament fil-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li raġel residenti r-Rabat, Għawdex sab ruħu f’diffikultà waqt li kienu qed jgħum. Xi nies li kien hemm fil-viċin taw l-ewwel għajnuna u tellgħu lir-raġel mill-baħar.
Tim mediku wasal fil-post u r-raġel ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex b’ambulanza. Aktar
tard huwa ġie iċċertifikat f’qagħda serja, u jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu.
Il-Maġistrat Simone Grech ġie infurmata bil-każ u ħatret inkjesta filwaqt li linvestigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin
//= $special ?>