Fi staqrrija l-Partit Nazzjonalista spjega kif fl-intervista li ta dalgħodu, Robert Abela kompla jikkonferma kemm hu u l-gvern tiegħu huma maqtugħin mir-realtà u kif il-ħażin li jagħmlu huma jippruvaw ituh lil ħaddieħor.
Robert Abela tant ġie dahru mal-ħajt li qed jirrikorri biex kontinwament jigdeb u jbeżża’ fuq dawk li ma jaqblux miegħu, sostna l-Partit Nazzjonalista.
Il-Partit Nazzjonalista għalhekk qed jerġa’ jappella lil Robert Abela biex jekk irid ikun kredibbli jieqaf jiddefendi lil dawk li serqu u ffrodaw lill-poplu Malti u Għawdxi u jwaqqaf l-oppożizzjoni tiegħu u jingħaqad mal-Partit Nazzjonalista fl-azzjoni tagħna biex inġibu flus il-poplu lura.
//= $special ?>