San Ġiljan JP Projects ikkonfermaw għal darba oħra l-qawwa tagħhom. Qabel il-partita kemm huma kif ukoll Valletta Izibet kienu rebħu l-erba’ logħbiet ta’ Grupp A. Minkejja d-differenza bejn it-timijiet li ġie kkonfermat fil-logħba, wieħed kien jistenna prestazzjoni aħjar minn Valletta.
Il-Beltin kienu fil-logħba għal sessjoni u nofs sakemm San Ġiljan inqatgħu minn mal-avversarji u l-logħba naqqset ukoll mill-intensità. Valletta kienu gowl distakk sal-ewwel mumenti tat-tieni sessjoni sakemm tripletta ta’ Jake Bonavia u gowl ta’ Nikolai Zammit kabbru l-vantaġġ tal-Ġiljaniżi għal 9-4.
Minn hemm il-Ġiljaniżi baqgħu jilagħbu skont il-livell tagħhom u għamluha diffiċli għall-avversarji biex ikunu ta’ theddida tul il-logħba. Doppjetti minn Nikolai Zammit u Nico Schiavone fost l-oħrajn kabbru l-vantaġġ għal 18-7. Fl-aħħar sessjoni, seba’ plejers differenti ta’ San Ġiljan sabu x-xibka, fosthom Darren Zammit li għadu qed jirkupra l-aħjar kundizzjoni wara ġimgħat li kien indispost.
Rebħa prezzjuża għal Otters Nivea kontra Exiles Welbee’s, tim li se jsibu fl-Ewwel Diviżjoni. Konfront missielet li fih wera li ftit hemm differenza bejn iż-żewġ timijiet u r-riżultat seta’ jmur kull naħa.
B’eċċezzjoni għall-aħħar gowl, l-ebda tim ma kellu vantaġġ ta’ aktar minn gowl fil-logħba. Wara li Kurt Griscti fetaħ l-iskor, Exiles kellhom jistennew sat-tieni sessjoni biex reġgħu marru minn fuq, b’Niall Saliba jagħmilhom 5-4. Xutt ta’ Mark Meli li ġie mxellef wassal biex iż-żewġ timijiet bdew it-tielet sessjoni 7-7.
Iż-żewġ timijiet kienu aktar kawti fl-aħħar żewġ sessjonijiet u wkoll ma kinux preċiżi quddiem il-lasta. Petar Smiljevic żamm lil Otters minn fuq darbtejn fit-tielet sessjoni sakemm Saliba ġab id-draw fl-aħħar sessjoni. Il-logħba dehret destinata għal draw u tkun deċiża bl-għoti tal-penalties sakemm Matthias Bonnici skorja mis-centre, b’Smiljevic jissiġilla r-rebħa fl-aħħar sekonda.
Birżebbuġa Freeport għelbu kif mistenni lil Barracudas iżda r-rebħa mmaturat fit-tieni parti tal-logħba. Kollox deher faċli għal Birżebbuġa b’vantaġġ komdu ta’ 5-1 fl-ewwel sessjoni sakemm Barracudas skorjaw tliet gowls konsekuttivi u naqqsu d-distakk għal 6-4.
Kien fit-tielet sessjoni li Birżebbuġa aċċertaw mir-rebħa bi tliet gowls konsekuttivi li kabbru l-vantaġġ għal 11-5. Huma saħansitra xxalaw fl-aħħar sessjoni u kabbru l-marġni tar-rebħa, b’Max Aquilina u Alberto Barroso jispikkaw b’doppjetta kull wieħed.
EXILES WELBEE’S………… 9
OTTERS NIVEA……………. 11
(3-4), (4-3), (1-2), (1-2)
Exiles: Z. Dzanovic, Z. Cutajar Licari, Z. Micallef (1), D. Pace Lupi, M. Martellacci, N. Bonavia, D. Gogov (3), K. Griscti (2), N. Paris (1), K. Tanti, M. Fenech, N. Saliba (2), G. Galea Curmi, M. Paris Roding
Otters: M. Xerri, M. Bonnici (2), K. Scicluna, T. Milne, M. Meli (1), D. Dimech, I. Azzopardi, S. Dimech, L. Dimech (3), P. Smiljevic (5), M. Farrugia, A. Dimech, M. Grech, T.J. Mifsud
Referees: Richard Magri, Luca Iacovelli
BIRŻEBBUĠA FREEPORT….. 18
BARRACUDAS…………………… 5
(5-1), (1-3), (5-1), (7-0)
Birżebbuġa: M. Sladden, M. Aquilina, N. Cassar, B. Grech, S. Bezzina, M. Manara, A. Barroso, M. Cassar, D. Farrugia, M. Cutajar, G. Mannino, M. Curmi, S. Livori, J. Cauchi
Barracudas: Cl. Bugeja, Ch. Bugeja, G. Massa, P. Micallef, W. Ruggier, R. Sciortino, N. Rizzo, J. Schembri Young, S. Apap, M. Guidi, L. Pursehouse, C.J. Saliba, C. Borg, T. Camilleri
Referees: Stefan Licari, Ronnie Spiteri
SAN ĠILJAN JP PROJECTS…. 26
VALLETTA IZIBET…………………. 10
(5-3), (7-3), (6-1), (8-3)
San Ġiljan: J. Tanti, N. Bugelli (1), D. Tully, R. Caruana, A. Younger (3), M. Zammit (1), J. Bonavia (6), B. Plumpton (4), J. Abela (1), N. Zammit (6), D. Zammit (1), N. Schiavone (3), G. Borg, G. Bonavia
Valletta: B. Busuttil, M. Mifsud (1), J. Sciberras (2), S. Busuttil, K. Borg, M. Zammit (1), I. Nagaev (6), S. Micallef, A. Agius, M. Chircop, K. Cremona, A. Bugeja, C. Mercieca
Referees: Peter Balzan, Antonio Puglisi
Logħob li jmiss
Illum: Ta’ Xbiex v Marsaskala 5.30pm, Sirens v Marsaxlokk 6.45pm, Neptunes v Sliema 8.00pm
//= $special ?>