Il-Professur Alan Deidun, din il-ġimgħa, irrapporta kif fl-ibħra Maltin tfaċċa din li tissejjaħ monka – speċi rari li ilha mal-50 sena ma tidher qrib pajjiżna.
Din lispeċi hija l-unika foka indiġena tal-Mediterran, u hija magħrufa bil-Malti bl-ismijiet ‘il-bumerin’, ‘il-foka monaka’ jew ‘il-monka’, għalkemm dan l-aħħar terminu ġieli jkun riferut ukoll minn xi sajjieda għal speċi differenti ta’ delfini kbar u baleni.
Il-bumerin huwa indiġenu tal-ibħra Maltin, b’rekords sporadiċi fl-ibħra Maltin li jirriflettu d-distribuzzjoni lokalizzata u ristretta attwali tiegħu. Idjomi bħal ‘torqod daqs bumerin’ jindikaw ukoll kif dawn kienu jinstabu fuq l-art f’perjodi storiċi f’Malta.
Eskluża din laħħar dehra fl-ibħra tagħna, laħħar sighting qabilha mill-ibħra Maltin kienet fl-aħħar tas-snin disgħin, għalkemm, kif intqal, dawn huma rekords sporadiċi. Id-dehriet riċenti jistgħu jindikaw inkursjonijiet lura fl-ibħra Maltin, u dan anke minħabba rapporti riċenti li ġejjin mill-ibħra ta’ Sqallija.
Din lispeċi hija kklassifikata bħala speċi mhedda vulnerabbli.
Il-bumerin huwa protett mil-liġi nazzjonali u internazzjonali. F’Malta, ilu ddikjarat legalment bħala speċi protetta mill-1992. Il-qbid, il-qtil, it-teħid u l-kummerċ ta’ tali foki, kif ukoll id-disturb intenzjonat ta’ din l-ispeċi huma pprojbiti u soġġetti għal azzjoni legali. Ir-Regolamenti dwar il-Ħarsien tal-Flora, Fawna u l-Ambjenti Naturali jimponu multa minima ta’ kważi €500 u titla’ għal kważi €2,400 għal kull annimal affettwat.
//= $special ?>