Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza għas-Saħħa Pubblika qed javża li sakemm joħroġ avviż ieħor mhux rakkomandat li jsir għawm fil-bajja ta’ San Ġorġ f’Birżebbuġa minħabba żbroff tad-drenaġġ li affettwa l-kwalità tal-ilma għall-għawm u li tippreżenta riskju għas-saħħa tal-għawwiema.
Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ġiet infurmata u ħadet azzjoni immedjata fejn instab li din il-kontaminazzjoni kienet qed tiġi kawżata minn latrina pubblika, fejn tnaddaf il-blockage u l-iżbroff ġie mwaqqaf minnufih.
Qegħdin isiru testijiet biex jiġi determinat meta tista’ terġa’ tinfetaħ il-bajja għall-għawm.
Tabelli li jindikaw iż-żona ġew imwaħħla fis-sit. Meta l-kwalità tiġi lura għan-normal, it-tabelli ser jitneħħew u tinħareġ stqarrija oħra biex tinnotifika lill-pubbliku li s-sit huwa mill-ġdid tajjeb għall-għawm.
//= $special ?>