Wara 56 tellieqa, Lewis Hamilton irritorna għar-rebħ meta spiċċa fl-ewwel post fil-Grand Prix tar-Renju Unit fiċ-ċirkwit ta’ Silverstone. Din kienet il-104 rebħa fil-karriera u l-ewwel waħda għalih mit-tellieqa tal-Arabja Sawdija lura fl-2021. B’din ir-rebħa, Hamilton ħoloq rekord tal-aktar rebħiet f’ċirkwit wieħed hekk kif din kienet id-disa’ rebħa f’Silverstone.
Quddiem il-pubbliku Britanniku, Hamilton irnexxielu jżomm il-quċċata u għeleb l-isfida tard fit-tellieqa taċ-champion renjanti Max Verstappen. Diżappunt għas-sewwieq ta’ McLaren Lando Norris li kklassifika fit-tielet post wara żbalji strateġiċi fit-tellieqa. Is-sewwieq l-ieħor ta’ McLaren daħal fir-raba’ post qabel Carlos Sainz ta’ Ferrari li kiseb punt tal-aktar dawra veloċi fit-tellieqa.
It-tellieqa kienet dominata mill-kundizzjonijiet tat-temp, bis-sewwieqa jkollhom jibdlu t-tyres għal dawk intermediate filwaqt li mal-waqfien tax-xita, reġgħu bidlu t-tyres għal dawk aktar normali. Hawn spikkat l-għażla ta’ Hamilton li ħareġ bit-tyres rotob, l-istess bħal Norris iżda sieħbu tal-McLaren Oscar Piastri kellu prestazzjoni aħjar bit-tyres medji. L-għażla ta’ Verstappen li joħroġ bit-tyres iebsin ħalliet l-effett hekk kif qabeż lil Norris u temm it-tellieqa madwar sekonda u nofs wara Hamilton.
Nico Hulkenberg ta’ Haas, Lance Stroll u Fernando Alonso ta’ Aston Martin, Alexander Albon ta’ Williams u Yuki Tsunoda ta’ RB komplew l-ewwel għaxra. It-telllieqa li jmiss issir fil-21 ta’ Lulju fiċ-ċirkwit ta’ Hungaroring fl-Ungerija.
//= $special ?>