Jinstab il-bugħaddas li għeb f’Wied iż-Żurrieq aktar kmieni filgħodu.
Bil-kelliema għall-Pulizija jistqarru ma’ NetNews li fortunatament l-għaddas instab qawwi u sħiħ.
Aktar kmieni
Għaddejja operazzjoni ta’ salvataġġ f’Wied iż-Żurrieq wara li daħlet informazzjoni lill-Pulizija li għeb bugħaddas għall-ħabta tal-10 ta’ dalgħodu.
Jidher li l-bugħaddas kien ma’ grupp ta’ għaddasa oħra meta għal xi raġuni l-għaddas ma deherx aktar.
Kien għalhekk li minnufih bdiet operazzjoni ta’ salvataġġ mill-Forzi Armati hekk kif jinsab ħelikopter fil-post sabiex jinsab l-għaddas.
Fil-post isejħu wkoll ambulanza u l-Pulizija.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.
