Il-kumpanija adidas żvelat il-ballun il-ġdid li se jintuża fis-semifinali u l-finali tal-Euro 2024. Il-ballun bl-isem ‘FUSSBALLLIEBE FINALE’ se jiffriska l-viżwal tal-ballun li ntuża sa issa u ispirat bil-kuluri iswed, aħmar u deheb tal-pajjiż organizzattiv, jiġifieri l-Ġermanja.
Il-bażi tal-ballun li kien abjad ġie mibdul b’kulur lewn il-fidda bħala simbolu tat-trofew li qed jissieltu għalih l-erba’ semifinalisti. Il-kulur ġie żviluppat speċifikament u eżaminat minn atleti biex jassiguraw li jispikka fil-pitch mingħajr ma jirrifletti d-dawl fuq il-wiċċ tal-art.
Dan hu wkoll l-ewwel ballun uffiċjali tal-finali se jkollu teknoloġija speċjali li tipprovdi informazzjoni lill-uffiċjali tal-VAR filwaqt li tikkombina l-pożizzjoni tal-plejers mal-intelliġenza artifiċjali. Din is-sistema fil-ballun qed taħdem f’sintonija mat-teknoloġija biex ikun hemm l-offside semiawtomatiku u b’hekk jassigura li tkun iġġudikata l-aħjar pożizzjoni tal-ballun.
It-teknoloġija fil-ballun ittejjeb ukoll l-esperjenza tal-partitarji li jsegwu l-logħob hekk kif qed toffri grafika li tiġi esposta fuq it-televiżjoni, bħal eżempju s-saħħa tal-ballun u d-distanza tax-xutt.
//= $special ?>

