Sport

Aktar rebħ għal Alcaraz u Sinner f’Wimbledon

Ritratt: EPA

F’ġurnata oħra f’Wimbledon mir-rawnd tal-aħħar 16, fil-Court Centrali l-Ispanjol Carlos Alcaraz seed numru 3 fil-kompetizzjoni, għeleb u elimina lil Ugo Humbert ta’ Franza seed numru 16.

Wara li Alcaraz rebaħ l-ewwel set 6 – 3, fit-tieni set minkejja li Humbert fetaħ 2 – 2 kien Alcaraz li rebaħ 6 – 4 . Reazzjoni minn Humbert li rebaħ it-tielet set 6 – 1 sabiex l-aħħar set kien deċiżiv għal Alcaraz fejn minn 5 – 5 rebaħ 7 – 5 u post fil-kwartifinali.

Fil-Court nr. 1, Jannik Sinner tal-Italja, seed numru 1 għeleb lis-seed numru 14, Ben Shelton tal-Istati Uniti. Wara li Sinner iddomina l-ewwel set li rebaħ 6 – 2, fit-tieni set minkejja lil Shelton kien aktar fil-partita kien Sinner li għalaq 6 – 4 . Shelton fl-aħħar set saħansitra kien 4 – 0 fil-vantaġġ, madankollu kien Sinner li għalaq 7 –  6 sabiex għadda wkoll għal kwartifinali.